Il-kantant lokali Daniel Cauchi kiteb dwar tragward ieħor fil-karriera mużikali tiegħu. Kif tafu hu klassifika fit-tieni post fl-aħħar Mużika Mużika li seħħ f'Marzu li għadda.
"Fost is-sorpriżi sbieħ li ġabet magħha din is-sena, hemm ukoll l-aħbar li 'Niftakarna' ntgħażlet fost it-tmien finalisti tal-Alzheimer Europe Anti-Stigma Award."
Hu jkompli, "Minn fost għadd kbir ta’ nominazzjonijiet minn madwar l-Ewropa, il-kanzunetta tagħna waslet sa dan l-istadju, u għalija diġà jfisser ħafna li l-messaġġ tagħha wasal lil hinn minn xtutna. Fi triqti lejn Dublin għas-serata finali. Grazzi lil kull min kien parti minn din il-kanzunetta u għen biex tasal għand tant nies."
Prosit tassew Daniel.