Il-Kantant Lokali Andy Muscat Jaqsam Messaġġ Profond F’Għeluq Sninu

Andy Muscat

Il-kantant lokali Andy Muscat, li rajnieh kemm-il darba waqt festivals lokali flimkien ma' Avenue Sky, qasam messaġġ mill-isbaħ f'jum għeluq sninu. Hu jirrifletti fuq ħajtu u fuq il-mod kif iħares lejh innifsu fost l-oħrajn.

"Inħares lejn dan ir-ritratt u nara lil xi ħadd li jidher kalm, kunfidenti, forsi anke…qalbu tajba? Xi ħadd li nixtieq inkun aktar bħalu. Xi ħadd li forsi ġieli jeżisti f’għajnejn ħaddieħor, imma li mhux dejjem jirnexxili nara jien stess."

Andy jkompli, "Il-kalendarju tal-iskola qalli li llum jaħbat ‘International Day of Care and Support.’ Forsi ta’ 35 wasal iż-żmien li ftit minn dak il-‘care and support’ nagħtih lili nnifsi wkoll."

Mill-qalb nawguraw lil Andy! Nixtiqulek ħafna aktar saħħa, hena, suċċessi u kulma tixtieq qalbek!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI