F’okkażjoni speċjali ta’ għeluq it-92 sena tiegħu, Fr. Hilary irċieva messaġġ sabiħ ta’ awgurju mingħand il-paġna ta’ Millennium Chapel, li permezz tiegħu wasslet il-gratitudni u l-apprezzament tagħha għal ħajtu u għas-snin twal ta’ servizz dedikat tiegħu.
Fil-messaġġ, Millennium Chapel awguratlu f’għeluq sninu u rringrazzjat lil Alla għad-don prezzjuż ta’ ħajtu u għall-ħidma bla heda li wettaq matul is-snin.
L-awgurju qanqal diversi reazzjonijiet pożittivi fuq il-midja soċjali, b’ħafna persuni jingħaqdu fit-talb u fil-messaġġi tagħhom għal Fr. Hilary biex ikollu ħafna aktar snin ta' saħħa, hena u kulma tixtieq qalbu.
Dawn il-messaġġi juru l-imħabba u r-rispett li Fr. Hilary jgawdi minn dawk li jafuh u li tant iħobbuh. Awguri mill-qalb, Fr. Hilary!
Facebook/ The Youth Football Association