Miles Jispikka Waqt Avventura F’Għawdex!  – Kelb Ta’ Assistenza Fit-Taħriġ Juri Dedikazzjoni Kbira

Miles, kelb ta’ assistenza għadu kif għadda minn esperjenza sabiħi hekk kif bħalissa għadu qed jitħarreġ! Hu qatta’ tmiem il-ġimgħa f’Għawdex flimkien mal-persuna li qed takkumpanjah u li qed jieħu ħsieb.

Permezz ta' post fuq Facebook, is-Service Dogs Malta Foundation faħħret lil Miles għall-mod kif ġab ruħu matul iż-żjara. Skont il-fondazzjoni, il-kelb kien eċċellenti tul it-tmiem il-ġimgħa u wera kemm hu dedikat u ta’ sapport.

Il-fondazzjoni spjegat li kull esperjenza hija opportunità għal Miles biex jitgħallem, ikompli jiżviluppa u jsaħħaħ ir-rabta speċjali li teżisti bejnu u bejn il-persuna li takkumpanjah.

Il-messaġġ intemm b’kelmiet ta’ inkoraġġiment lil Miles biex ikompli bil-ħidma tajba tiegħu.  

Ritratt:

Facebook/ Service Dogs Malta Foundation

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI