Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-Ispeaker tal-kamra tad-deputati Carmelo Abela qasam messaġġ importanti speċjalment dwar l-importanza li nieħdu ħsieb saħħitna matul is-sena kollha.
Hu qal, “llum, flimkien mal-ħaddiema tal-Parlament, ħadt sehem fl-inizjattiva Pink October u Movember li saret quddiem il-Parlament ta' Malta. Kelli l-opportunità niltaqa’ ma’ rappreżentanti ta’ diversi organizzazzjonijiet li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa.”
Żied, “Importanti li nkomplu nqajmu għarfien dwar il-prevenzjoni, l-iskoperta bikrija tal-kanċer u l-importanza li nieħdu ħsieb saħħitna matul is-sena kollha.”