Il-kantant lokali Matt Blxck, reġa awgura lil Beppe Caruana, li rrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision il-ġimgħa li għaddiet. Hu awguralu permezz ta' messaġġ fuq il-paġna tiegħu u ritratti li jġeddu l-memorji tal-ġimgħa li għaddiet.
Hu kitiblu, "Kif diġa għaddiet ġimgħa? Dawn il-mumenti dejjem se jkollhom post speċjali ħafna f'qalbi. Kemm jien kburi bik Beppe Caruana, tfakkarni fija żgħir! Qsamt tant imħabba u maġija ma' Malta, l-Ewropa, u d-dinja kollha l-ġimgħa li għaddiet u ninsab onorat li esperjenzajta daqshekk mill-qrib, miegħek, mal-familja tiegħek, u t-tim inkredibbli tagħna."
Ippubblika wkoll diversi ritratti ħelwin li ħadu t-tnejn flimkien.
Prosit Beppe! Tajt prestazzjoni meraviljuża u ninsabu verament kburin bik!
Faecbook / MATT BLXCK