Żjara Sabiħa Minn tfal lebsin ta’ Santa Rita, San Mikiel, Anġli, San Ġwanni Pawlu II

ta' angli u qaddisin

Il-ferħ, l-innoċenza u s-solidarjetà ngħaqdu flimkien fir-residenza Little Sisters of the Poor fil-Ħamrun ftit jiem ilu, fejn attendew tfal lebsin ta’ Santa Rita, San Mikiel, Anġli, u ta' San Ġwanni Pawlu II.

Fr. Franco, il-kappillan tal-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun qaddes quddiesa fejn it-tfal tkellmu fuq il-qaddis li kienu lebsin.

Wara ingħataw labtu tal-Madonna. Wara l-quddiesa, l-anzjani nġabru fil-kamra tal-ikel fejn kellhom programm ta’ kant minn Ellie u Julia u 3 sketches umoristiċi minn Makarti Theatrical Company taħt id-direzzjoni ta’ Justin Farrugia.

L-Għaqda Mużikali tirringrazzja lil kull min attenda għal din l-attività u tawgura lill-anzjani aktar saħħa u paċi fi Kristu Ġesù.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI