“L-Għeżież Tagħna Jibqgħu Dejjem F’Qalbna” – Il-Konfraternità Ta’ Lourdes Tal-Qrendi Tfakkar Dawk Li Ħallewna

It-2 ta’ Novembru huwa jum iddedikat għat-Tifkira tal-Mejtin Kollha, okkażjoni li matulha ħafna jieqfu għal mument biex jiftakru u jsellmu li dawk li m’għadhomx magħna.

F’dan il-jum, il-Konfraternità ta’ Lourdes tal-Qrendi qasmet messaġġ fuq il-midja soċjali, fejn esprimiet ħsibijiet ta’ mħabba u talb għall-għeżież li ħallew din id-dinja iżda li l-memorja tagħhom tibqa’ ħajja fil-qlub ta’ dawk li ħabbewhom.

Il-Konfraternità fakkret b’mod partikolari lill-membri tagħha li mietu, filwaqt li talbet għall-mistrieħ tagħhom: “Agħtihom, Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, u d-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom.”

Din it-tifkira tfakkarna li, minkejja li ż-żmien jgħaddi, il-memorji u l-imħabba lejn dawk li tlifna jibqgħu magħna. Dan il-jum huwa għalhekk stedina għal mument ta’ silenzju, riflessjoni u talb.

Ritratt:

Facebook/ Lourdes Confraternity Qrendi – Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI