“Kapitlu ġdid” – Martina Cuschieri Tibda Avventura Ġdida Bħala Kantanta Ewlenija Fuq Il-Vapur AIDAluna

Il-kantanta Martina Cuschieri għadha kemm ħabbret kapitlu ġdid u opportunità eċitanti permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna soċjali tagħha. Hija ħabbret li se tkun qed taħdem bħala kantanta ewlenija (lead vocalist) fuq il-vapur magħruf AIDAluna.

Martina qalet li diġà ilha ġimgħa abbord, fejn bdiet il-provi għall-wirjiet tagħha u esprimiet il-gratitudni tagħha għal din l-opportunità. Li tivvjaġġa madwar id-dinja waqt li tkun qed tkanta u tagħti spettaklu kien wieħed mill-ħolm tagħha. Fil-messaġġ tagħha, irringrazzjat lil AIDA Casting talli tawha din l-opportunità, kif ukoll lill-familjari u lill-ħbieb tagħha li kienu ta’ sapport għaliha fi żminijiet li sabet diffiċli.

Martina tkellmet ukoll dwar is-sentejn li għaddiet lura Malta, li skontha għenuha tikber bħala persuna u tirkupra minn esperjenzi mhux daqstant sbieħ. Issa qed tħares ’il quddiem lejn din l-avventura ġdida, fejn se tkun qed tgħaqqad il-passjoni tagħha għall-kant mal-imħabba lejn l-ivvjaġġar.

“Auf wiedersehen… for now”, jiġifieri “Sa ma nerġgħu niltaqgħu… għalissa,” temmet tgħid Martina. Minn qalbna nawguraw lil Martina kull suċċess f’dan il-kapitlu ġdid!

Ritratt:

Facebook/ Martina Cuschieri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI