“Il-Ferħ Tiegħi Huwa Importanti Daqs Il-Progress Tiegħi” – Kate Tibda Ġimagħtejn Oħra Ta’ Terapija Intensiva

Filwaqt li ħafna segwew l-avventuri tagħha tal-Halloween, Kate qasmet aspett ieħor tal-aħħar tmiem il-ġimgħa tagħha: il-bidu ta’ programm ġdid ta’ ġimagħtejn ta’ terapija intensiva CME.

Fuq il-paġna “Kate: Writing My Story”, ingħad li s-sessjonijiet bdew is-Sibt u komplew ukoll il-Ħadd. Din id-darba, terapista vvjaġġa miċ-Ċilì biex ikun jista' jaħdem magħha. Il-messaġġ jispjega li attivitajiet bħall-waqfien bilwieqfa, iż-żamma tal-bilanċ u l-moviment jistgħu jirrikjedu sforz kbir minn Kate. Minkejja l-isfidi, hija tibqa’ tipprova u tkompli taħdem lejn il-miri tagħha.

Kate enfasizzat ukoll dwar l-impenn tal-ġenituri tagħha, li jieħdu ħsieb l-organizzazzjoni, l-ispejjeż, il-ġbir ta’ fondi u s-sagrifiċċji marbuta mat-terapija biex jagħtuha opportunitajiet ta’ progress. Madankollu, il-familja tagħmel ċert li, bejn appuntament u ieħor, Kate xorta jkollha l-ħin tgawdi t-tfulija tagħha: il-ħbieb, il-kuġini, l-iskola, il-festi u l-avventuri żgħar ta’ kuljum. Hekk ġara fi tmiem il-ġimgħa, meta t-terapija ta’ filgħodu kienet segwita minn attivitajiet tal-Halloween.

Il-qofol tal-messaġġ tagħha huwa ċar: il-progress fit-terapija huwa importanti, iżda daqstant ieħor huwa importanti li Kate tkun ferħana u tgawdi mill-opportunitajiet li joffri l-preżent.

Ritratt:

Facebook/ Kate: Writing my story

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI