Fl-Aħħar Qtajna L-Kurżità! Din Hi T-Togħma L-Ġdida Tal-Ħalib Li Żvelaw Benna

Tiramisu Benna

Benna reġgħet żvelat mal-pubbliku tnedija ta' togħma ġdida li mistennija tiġbed l-attenzjoni ta' dawk kollha li jħobbu d-deżerti.

Fil-fatt huma għadhom kemm ħabbru l-wasla tal-Benna Tiramisu Milkshake; l-aktar prodott ġdid fil-kollezzjoni ta' Benna.

Fuq il-paġna uffiċjali tagħha, Benna tikteb, "Skopri d-deżerta favorita tiegħek, issa f'milkshake. Bnin, magħmul lokalment b’ħalib frisk Malti, u lactose free."

Hekk hu! Il-prodott il-ġdid huwa wkoll lactose free, u għalhekk jista' jitgawda minn aktar konsumaturi li jippreferu jew jeħtieġu prodotti mingħajr lattosju.

Ser idduqu? Fil-ħwienet minn għada 4 ta' Novembru 2026.

Ritratt:

Facebook/ Benna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI