Storja bla dubju straordinarja hija dik tal-Kardinal Albaniż Ernest Simoni, li fl-1963 ġie arrestat u kkundannat għall-mewt mir-reġim komunista fl-Albanija wara li ċċelebra quddiesa b’tifkira tal-President Amerikan John F. Kennedy li kien għadu kemm ġie assassinat.
Dak iż-żmien, l-Albanija kienet taħt reġim komunista li kien jippromwovi l-ateiżmu u jippersegwita lil dawk li kienu jipprattikaw ir-reliġjon tagħhom. Minkejja dan, Simoni baqa’ sod fil-fidi tiegħu anke meta sab ruħu wiċċ imb wiċċ mal-mewt.
F’intervista mal-ġurnalist Mark Irons waqt il-programm EWTN News In Depth, il-Kardinal, li llum għandu 98 sena, irrakkonta kif il-fidi tiegħu għenitu jgħaddi minn snin twal ta’ tbatija, priġunerija u tortura.
Għalkemm inizjalment kien ikkundannat għall-mewt, is-sentenza tiegħu eventwalment inbidlet f’xogħol iebes. Madankollu, lanqas dan ma waqqfu milli jkompli jipprattika r-reliġjon tiegħu. Saħansitra, waqt li kien il-ħabs baqa’ jiċċelebra l-quddiesa bil-moħbi kuljum.
Nawgurawlu minn qalbna!
Albanian TV of America