Għaddejja Petizzjoni Biex Flok Ċittadini Ordinarji Fil-Ġurija Ikun Hemm Imħalfin Professjonali

Skont is-sit Lovin Malta, għaddejja petizzjoni li titlob it-tneħħija tas-sistema tal-ġurija f’Malta wara l-verdett kontroversjali fil-każ tal-qtil ta’ Lassana Cisse Soule. Il-petizzjoni li tressqet fil-15 ta’ Settembru tal-2026 minn Christiana Vella u ġiet ippubblikata fuq is-sit uffiċjali tal-Parlament, kienet tnediet wara d-dibattitu dwar il-proċess ta’ Yorgen Fenech.

Fost l-argumenti mqajjma hemm tħassib dwar id-diffikultajiet li jistgħu jaffaċjaw ċittadini ordinarji meta jkollhom jevalwaw provi forensiċi, kif ukoll il-possibbiltà li l-ġurati jiġu influwenzati mill-midja u mill-pressjoni pubblika.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI