Ray Azzopardi, kunsillier tal-Belt Valletta, appella biex tittieħed azzjoni biex jitwaqqfu trakkijiet ta’ kobor eċċessiv milli jidħu l-Belt.
Hu spjega, “Din hija r-realtà li qed ikollhom jiffaċċjaw ta’ kuljum ir-residenti Beltin fiż-żona tal-Arċipierku. Sitwazzjoni inaċċettabbli li ma tistax tibqa’ tiġi injorata! Kemm ser indumu nistennew qabel tittieħed deċiżjoni konkreta sabiex trakkijiet ta’ tunnellaġġ u kobor eċċessiv ma jibqgħux jidħlu fil-Belt Valletta, b’konsegwenzi diretti fuq il-ħajja ta’ kuljum tar-residenti? Dan huwa ilment li ilu jitressaq għal żmien twil, iżda minkejja t-tħassib kontinwu tar-residenti, ftit li xejn sar progress biex tinstab soluzzjoni.”
Żied jgħid, “Wasal iż-żmien li ngħaddu mill-kliem għall-fatti. Ir-residenti jistħoqqilhom li jgħixu fil-paċi, fis-sigurtà u b’rispett lejn il-kwalità tal-ħajja tagħhom. Nesprimi s-solidarjetà sħiħa tiegħi mar-residenti kollha affettwati u nassigurakom li ser inkompli nagħmel il-pressjoni meħtieġa, sabiex din il-problema fl-aħħar tingħata l-attenzjoni u tittieħed azzjoni konkreta.”
Facebook / Ray Azzopardi