Priscilla Dimech awgurat lill-għażiż missierha fil-ġurnata speċjali tiegħu.
Hi kitbitlu, “Awguri għal għeluq sninek, Pa. Ma nafx jekk qattx se jirnexxieli nsib il-kliem it-tajjeb biex nurik kemm tfisser għalija. Dejjem ħdimt, issagrifikajt ruħek u għamilt minn kollox għalija. Dejjem kont hemm għalija, f’kull mument, u qatt ma ħallejtni nħossni waħdi. Int missier li ħabbni b’qalbu kollha, li dejjem ħadt ħsiebi u li qatt, f’ħajti kollha, ma weġġagħni. Dejjem urejtni mħabba u rispett.”
Żiedet tgħidlu, “Grazzi ta’ dak kollu li għamilt u għadek tagħmel għalija, tas-sagrifiċċji kollha li forsi lanqas biss indunajt bihom, u fuq kollox talli kont u għadek missier mill-aqwa L-unika xewqa tiegħi hi li tibqa’ jkollok saħħa u kuntentizza u li jkolli ħafna aktar snin biex ingawdik miegħi. Inħobbok ħafna, Pa.”
Nawgurawlu mill-qalb! Nittamaw li jkollu ġurnata mill-isbaħ mal-iktar għeżież tiegħu!
Facebook / Priscilla Dimech