Ħallietna Frances Dawson – Figura Importanti Fid-Dinja Taż-Żfin Li Se Tibqa’ Mfakkra B’Għożża Kbira

Aħbar ta’ niket waslet għand Dance College Studios f’Malta, wara li sar magħruf il-mewt ta’ Frances Dawson, eżaminatriċi rispettata ħafna tal-NATD, li matul is-snin ħalliet il-marka tagħha fid-dinja taż-żfin.

F’messaġġ emozzjonanti, Dance College Studios sellmu l-memorja tagħha u fakkru fil-privileġġ li kellhom jilqgħuha f’Malta bħala eżaminatriċi. Huma ddeskrivewha bħala professjonista mill-aqwa, li l-għarfien, il-ġentilezza u d-dedikazzjoni tagħha messu l-ħajja ta’ bosta persuni.

Għaldaqstant, għal Kim Spiteri, it-telfa tagħha għandha tifsira aktar personali. Frances kienet ta’ appoġġ kbir u ta' influwenza importanti tul il-karriera tagħha fid-dinja taż-żfin, u għalhekk se tibqa’ mfakkra b’gratitudni, rispett u affezzjoni kbira.

Dance College Studios u Kim Spiteri temmew il-messaġġ tagħhom billi bagħtu l-kondoljanzi mill-qalb lill-familja u lill-għeżież tagħha.

It-Tim ta' Gwida.mt ukoll isellmilha mill-qalb u jixtieqha li tistrieħ fis-sliem!

Ritratt:

Facebook/Dance College Studio

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI