Mexxej Ta’ Setta Fil-Kenja Jeħel 200 Sena Ħabs Wara Li Nstab Ħati Tal-Qtil Ta’ 191 Persuna

Paul Mackenzie, mexxej ta’ setta reliġjuża fil-Kenja ġie kkundannat għal 200 sena ħabs wara li nstab ħati tal-qtil ta’ 191 persuna, fosthom 190 tifel u tifla.

Mackenzie kien ordna lis-segwaċi tiegħu biex jieqfu jieklu u jġiegħlu lil uliedhom jagħmlu l-istess, bil-wegħda li b’hekk kienu se jmorru l-ġenna u jiltaqgħu ma’ Ġesù.

Il-każ ħareġ fl-2023, meta l-awtoritajiet skoprew mijiet ta’ katavri midfuna fil-foresta ta’ Shakahola. L-investigazzjonijiet żvelaw li filwaqt li ħafna mill-vittmi mietu bil-ġuħ, oħrajn inqatlu permezz ta’ vjolenza fiżika.

Għalkemm il-prosekuzzjoni kienet talbet il-piena tal-mewt, il-Qorti ddeċidiet li tikkundanna lil Mackenzie għal 200 sena priġunerija.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI