“Ħidma Konġunta Biex Jiġi Evitat Parkeġġ Abbużiv U Perikoluż F’Din It-Triq” – Kunsill Lokali Birżebbuġa

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Kunsill Lokali Birżebbuġa qasmu mas-segwaċi tagħhom messaġġ dwar ħidma riċenti.

Huma qalu, “Azzjoni fi Triq Ħal Far għal aktar sigurtà fit-toroq. Wara diversi rapporti li ressaq il-Kunsill Lokali lill-awtoritajiet dwar vetturi pparkjati b’mod abbużiv u perikoluż fi Triq Ħal Far, ittieħdet azzjoni konkreta biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni.”

Żiedu, “Nirringrazzjaw lill-Ministru Glen Bedingfield li ta d-direzzjoni meħtieġa sabiex l-uffiċjali tal-LESA, flimkien mal-Pulizija tad-Distrett u tal-Komunità, iwettqu ħidma konġunta biex jiġi evitat parkeġġ abbużiv u perikoluż f’din it-triq. Din il-ħidma hija importanti biex titħares is-sigurtà tas-sewwieqa, tal-persuni mexjin u ta’ kull min juża din it-triq. Flimkien inkomplu naħdmu għal toroq aktar siguri għal kulħadd.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI