“It-Temperaturi Tal-Ġimgħa D-Dieħla Se Jfakkruna Fis-Sajf” – Imbassra Jiem Ta’ Ċlampu U Xejn Xita

Il-bassara tat-temp qed jantiċipaw li l-ġimgħa d-dieħla se ġġib magħha kundizzjonijiet ta' temp ċlampu mżewwaq b'temperaturi sħan. Fil-fatt, is-sit 'Maltese Islands Weather' irrimarka li t-temperaturi tal-jiem li ġejjin "se jerġgħu jfakkruna fis-sajf".

F'iżjed dettall, qed jiġi mbassar li matul il-ġimgħa se jippersisti temp imsaħħab li fl-ebda punt mhu mistenni jwassal għal xi ħalbiet tax-xita. Sadanittant, it-temperatura se tkun qiegħda saħansitra tilħaq il-grad ta' 26℃.

Dan it-temp qed jiġi mbassar minkejja li bħalissa ninsabu biss ftit ġimgħat 'il bogħod mill-bidu tax-xitwa f'Malta.

Ritratt:

Facebook / Maltese Islands Wa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI