Permezz ta’ messaġġ mill-qalb, DJ Jaycee qasam riflessjoni personali dwar il-ħajja, il-fidi u s-saħħa li wieħed isib anke fl-aktar mumenti diffiċli.
Huwa qal, li quddiem kull maltempata, battalja u jum mimli inċertezza, qatt mhu se jitlef il-fidi tiegħu. Għalih, is-saħħa tiegħu ġejja minn Alla, filwaqt li l-akbar barka tibqa’ l-imħabba li jġorr f’qalbu.
DJ Jaycee rrifletta wkoll, dwar kemm il-ħajja tista’ tinbidel fi ftit sekondi. F'mument wieħed jista' jkun li jidher kollox sew u normali u ftit wara d-dinja tista’ tinbidel kompletament għax frsi tirċievi xi aħbar li ma tkunx qed tistenna. Huwa proprju f’dawn il-mumenti li wieħed jifhem kemm il-ħajja hi fraġli u kemm hu importanti li ssib is-saħħa biex tkompli.
“Li tkun b’saħħtek ma jfissirx li qatt ma taqa’, tibki jew tħossok imkisser,” kiteb, għax il-ħajja bpalma nafu hi kollha nżul u tlajja, iżda l-importanti hu li ssib il-kuraġġ u tagħmel ħiltek biex terġa’ tqum.
Facebook/Joseph John Cutajar./DJ Jaycee