F’dawn l-aħħar jiem, diversi persuni lokali kellhom l-opportunita` li jżuru l-Parlament Ewropew fi Brussel. Rodianne Polidano kitbet kelmtejn fuq il-paġna tagħha dwar xi jfisser għaliha dan il-mument.
Hi spjegat, “Kien ta’ unur kbir li kelli l-opportunita` niltaqa’ ma’ Roberta Metsola, il-President tal-Parlament Ewropew. Kien mument speċjali fil-Parlament Ewropew, nara mara Maltija bħali b’pożizzjoni daqshekk importanti fl-Ewropa. Għalija, mumenti bħal dawn imorru lil’ hinn minn kuluri politiċi u twemmin. Dan mhuwiex dwar politika, imma li tkun kburi li din il-gżira żgħira rnexxielha tikseb daqshekk importanza. Din tfakkar li żgħira kemm hi żgħira gżiritna, nistgħu nagħmlu affarijiet KBAR!”
Inħossni onorata li jien Maltija, u kburija li qiegħda hawn. Grata ħafna għal din l-esperjenza inkredibbli.
Facebook / Rodianne Polidano