Christian Attard, ħu Gillian, ifakkar il-memorja tal-għażiża ommhom li kienet għaddiet għall-ħajja ta' dejjem f'inċident traġiku. Illum kieku kienet tiċċelebra għeluq sninha.
"NimmisSjak wisq, Ma! Kull sekonda li tgħaddi mingħajrek hija sekonda li nixtieq li kont għadni nqatta’ miegħek. Kemm nixtieq nagħtik tgħanniqa kbira u nħossok għal darb’oħra qrib tiegħi. Jekk jogħġbok, erġa’ ejja għal darba waħda biss, imqar illum, f’għeluq sninek."
Christian ikompli, "Nixtieq nerġa’ ngħidlek kemm inħobbok u kemm inħoss in-nuqqas tiegħek. Ħallejtni meta kellek biss 29 sena. Illum kont tagħlaq 62. Min jaf kif kont tidher illum?"
Jawgurawlha f'dan il-jum, u jagħlaq din it-tislima bil-kliem, "Inħobbok illum, għada u għal dejjem."
Insellmu l-memorja ta' omm Gillian u Christian Attard.
Facebook/ Christian Attard