Wara allegazzjonijiet xokkanti minn diversi nisa kontra David Walliams, il-BBC bdiet tneħħi programmi li fihom jidher l-attur komiku.
B'mod partikolari, is-sensiliet Little Britain u Come Fly With Me tneħħew mill-BBC iPlayer. Tneħħew ukoll episodji ta' The Wheel, Would I Lie To You? u Doctor Who.
Din id-deċiżjoni ssegwi investigazzjoni ta' tliet snin minn The Guardian u ITV News, li ppubblikaw allegazzjonijiet minn diversi nisa; fosthom kien hemm min qalu li, meta kellhom 15-il sena, Walliams messhom b'mod mhux xieraq.