Għal bosta snin, Vivienne Caruana tat ħajja lil karattri li baqgħu mnaqqxin fil-memorja tal-udjenza Maltija. Fosthom hemm bla dubju Jessie fis-sensiela tant maħbuba Santa Monika, irwol li ħafna għadhom jassoċjaw magħha sal-lum.

Imwielda l-Belt Valletta fl-14 ta’ Novembru 1953, l-imħabba tagħha lejn ir-reċtar bdiet minn meta kienet għadha żgħira, meta kienet tidher f’reċti tal-iskola. Maż-żmien, il-passjoni tagħha kibret u wasslitha biex tagħmel karriera twila fit-teatru u fid-drama Maltija.
Matul is-snin, Vivienne dehret f’għadd kbir ta’ produzzjonijiet, u sal-lum għadha attiva. Bħalissa qed tidher fis-sensiela Ta’ Gerit, wara karriera li rat isimha f’diversi xogħlijiet li baqgħu magħrufa mal-pubbliku. Madankollu, wara l-iskrin hemm ukoll mara li għaddiet minn mumenti ta’ ferħ, iżda wkoll minn telfa li ħalliet marka profonda fuq ħajjitha. Fl-1979, Vivienne tilfet lill-żewġha Duminku Desira, ftit jiem biss wara li sar missier ta’ binthom Domenique.
It-Tim ta' Gwida jixtieq jagħti l-isbaħ xewqat lil Vivienne u aktar snin ta’ saħħa, hena u suċċess!

Facebook/Vivienne Caruana