Illum hija ġurnata speċjali għall-artist Malti Justin Brincat, għax qed jiċċelebra għeluq it-48 sena tiegħu. F’din l-okkażjoni, huwa għażel li jaqsam riflessjoni personali dwar il-vjaġġ li għadda minnu matul is-snin u l-persuna li sar illum.
Justin iħares lura lejn dak kollu li għex b’sens kbir ta’ gratitudni. Jirrifletti fuq il-miri li rnexxielu jilħaq, l-isfidi li saħħewh u l-mumenti sbieħ u diffiċli li lkoll ħallew marka fuq ħajtu.
F’messaġġ mimli fidi, huwa rringrazzja lil Alla, il-Ħallieq, għad-don tal-ħajja, għan-nies li ltaqa’ magħhom tul it-triq u għall-opportunitajiet li ġew quddiemu. Ma naqasx milli jesprimi wkoll il-gratitudni tiegħu lejn il-familja, il-ħbieb, il-klijenti u l-mentors li tawh l-appoġġ, il-fiduċja u l-inkoraġġiment tagħhom. Minkejja dak kollu li għadda minnu, Justin jinsab kburi ta' dak li rnexxielu jikseb s'issa u jħares lejn dak li ġej b’tama u fidi.
It-Tim ta' Gwida.mt jawguralu aktar snin ta’ saħħa, hena, ispirazzjoni u suċċessi, u fuq kollox, aktar opportunitajiet biex ikompli joħloq u jwettaq il-ħolm tiegħu.
Facebook/Justin Brincat