Mark Laurence Zammit qasam messaġġ romantiku lil Deborah fl-okkażjoni tas-seba’ anniversarju tagħhom flimkien.
Apparti li jsemmi dwar kemm għaddew minn esperjenzi differenti tul dawn is-snin, Mark kiteb li seba’ snin jistgħu jidhru bħala żmien twil, proprju għaliex flimkien għaddew minn tant tlajja’ u nżuliet. Madankollu, fl-istess waqt, dan iż-żmien iħossu qisu l-bidu ta’ xi ħaġa ġdida, għax f’ħafna aspetti għadhom qed jibdew vjaġġ ġdid ieħor.
Huwa temm il-messaġġ tiegħu b’dikjarazzjoni mill-isbaħ ta’ mħabba għal Deborah. "7 snin... Għad fadal ħafna aktar, u rrid inħobbok matul dan iż-żmien kollu."
Deborah fuq il-profil tagħha tesprimi l-ħerqa tagħhom għall-ġurnata speċjali. "7 snin. L-aħħar wieħed qabel inkunu miżżewġin. Inħobbok"
Awguri mill-qalb għeżież!