Kemm hu sabiħ meta t-talent Malti jirnexxilu jagħmel isem għal pajjiżna barra minn xtutna! Din id-darba, huwa Adrian Farrugia li għandu għalfejn ikun kburi bir-riżultat li kiseb f’Napli.
Adrian ivvjaġġa lejn l-Italja biex jieħu sehem f’kompetizzjoni internazzjonali li ġabret magħha wħud mill-aqwa pizzaioli fid-dinja. Huwa rrappreżenta lil Malta fil-kategorija Pizza Classica u rnexxielu jikseb post fost l-aqwa 16-il parteċipant minn total ta’ 130 kompetitur!
Riżultat li bla dubju jfisser ħafna, mhux biss għalih personalment, iżda wkoll għal pajjiżna. Warajh hemm sigħat twal ta’ ħidma, dedikazzjoni u fuq kollox passjoni għal sengħa li Adrian jidher li jħobb tassew.
F’messaġġ, Adrian esprima kemm dan l-unur jimlieh b’emozzjoni u kemm huwa kburi li seta’ jerġa’ jġib riżultat bħal dan lejn Malta. Huwa rringrazzja wkoll lil dawk kollha li emmnu fih u tawh l-appoġġ tagħhom matul dan il-vjaġġ.
It-Tim ta' Gwida.mt jifraħ lil Adrian u jalla jirnexxilu jikseb aktar suċċessi f'ħajtu!
Facebook/Adrian Farrugia