Iż-żagħżugħa Maltija, Kaya Gouder Curmi qasmet l-emozzjonijiet tagħha wara li rrappreżentat lil Malta fil-festival internazzjonali Our Generation fl-Użbekistan, fejn telgħet fuq il-palk bil-kanzunetta oriġinali tagħha, “FJURA”.
Kanzunetta li kitbet flimkien ma’ Muxu, Sarah Bonnici u Edward Abela, u li wasslet għal mument tassew speċjali. Kaya tistqarr, li qatt mhi se tinsa l-mument meta, wara li temmet tkanta, rat lill-ġurija tqum fuq saqajha biex tagħtiha standing ovation. Reazzjoni li ftit setgħet temmen li kienet qed tesperjenza!
Ir-riżultat kien wieħed li bih għandha għalfejn tkun kburija: it-tieni post fil-vot tal-ġurija, tliet punti biss 'il bogħod mir-rebbieħ, u r-raba’ post ġenerali wara li żdied il-vot tal-pubbliku. Kaya rringrazzjat lil dawk kollha li kienu parti minn din l-avventura, b’mod speċjali lill-kowċ tagħha Sarah Bonnici, kif ukoll lill-familja u l-ħbieb li baqgħu jżommuha f’qalbhom minn Malta.
U jidher li dan huwa biss il-bidu, għax l-avventura li jmiss se teħodha fuq in-naħa l-oħra tal-Atlantiku!
Facebook/Kaya Gouder Curmi