Il-Milied huwa żmien li fih inħobbu nferrħu lil dawk ta’ madwarna b’xi rigal sabiħ. Imma kemm-il darba nsibu ruħna ma nafux x’se nixtru lill-familjari, lill-kollegi tax-xogħol jew saħansitra għas-Secret Santa?

All I Want For Christmas
Maypole għandha s-soluzzjoni ideali għalik! Il-Christmas Hampers ta’ Maypole, li jibdew minn €16.99 biss, huma mimlija b’għażla ta’ prodotti u ħelu delizzjuż, perfetti biex tferrħ lil xi ħadd f’dan iż-żmien sabiħ tas-sena.

Feliz Navidad
Kemm jekk tixtieq tissorprendi lil xi ħadd għażiż għalik, turi l-apprezzament tiegħek lejn il-kollegi, tirringrazzja lil xi ħadd speċjali jew tagħti rigal sabiħ għas-Secret Santa, għandek għażla ta’ hampers għal kull gosti u baġit!

Jingle Bells
U taf x’inhu l-isbaħ? Jekk tixtieq tagħti rigal aktar personali, tista’ wkoll toħloq il-hamper tiegħek skont il-gosti u l-baġit tiegħek! Kulma trid tagħmel hu li żżur l-eqreb ħanut ta’ Maypole u tagħżel il-prodotti li tixtieq tinkludi fil-hamper tiegħek.

Joy To The World
Mela għaliex toqgħod tinkwieta dwar ir-rigali tal-Milied meta Maypole tista’ tagħmilhielek aktar faċli? Agħmel il-Milied ta’ xi ħadd aktar speċjali b’hamper mingħand Maypole! 🎅

The First Noel
B’għażla varjata ta’ prodotti, żgur li se ssib xi ħaġa li tolqot il-gosti ta’ kulħadd, miż-żgħir sal-kbir! Minn ħelu li tant iħobbu t-tfal sa prodotti delizzjużi li japprezzaw l-adulti, dawn il-hampers huma ideali wkoll biex jitgawdew flimkien mal-familja waqt il-festi tal-Milied.

Season’s Greeting
Is-sabiħ ta’ dawn il-hampers huwa li tista’ tagħżel skont il-baġit tiegħek, mingħajr ma tikkomprometti l-kwalità tar-rigal. Barra minn hekk, tiffranka l-ħin u l-inkwiet biex iddur minn ħanut għall-ieħor tfittex ir-rigal perfett. B’hekk, tkun tista’ tiddedika aktar ħin biex tgawdi l-isbaħ mumenti tal-Milied mal-għeżież tiegħek.

Twelve Days of Christmas
Agħti titwila lejn l-għażla ta’ hampers fuq https://www.maypole.com.mt/product-category/hampers/, żur l-eqreb ħanut ta’ Maypole jew inkella ċempel fuq 22581581 u jippreparawlek hamper apposta għalik, skont il-gosti u l-baġit tiegħek!

White Christmas
Facebook / Maypole