“It-Temp Illum Pjuttost Imsaħħab U Umdu Li Jsir Pjuttost Mirjieħ U Ċlampu” – It-Temp Madwarna

shab

Skont il-paġna It-Temp Madwarna, illum it-temp mistenni jkun pjuttost imsaħħab u umdu, b’kundizzjonijiet li aktar tard isiru ċlampu.

L-umdità fl-arja se tkun tinħass sew, filwaqt li hemm ċans ta’ 40% ta’ xita. Ir-riħ se jkun moderat, forza 4, iżda mistenni jissaħħaħ għal qawwi, forza 5 sa 6, bil-buffuri u ġej mid-direzzjoni tan-Nofsinhar.

Għaldaqstant, il-kundizzjonijiet jaf ikunu kemxejn skomdi, speċjalment minħabba r-riħ qawwi. Fir-rigward tal-baħar, dan mistenni jkun ħafif fil-bidu, iżda jsir moderat għal ftit qawwi, b’imbatt ftit li xejn.

It-temperatura massima matul il-jum mistennija tilħaq it-22°C, filwaqt li matul il-lejl tinżel għal 19°C.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI