Illum tiċċelebra għeluq sninha Speranza Chircop, il-Viċi Sindku tal-Kalkara. F’din l-okkażjoni, il-Kunsill Lokali tal-Kalkara ħaseb sabiex jawguralha pubblikament permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali. "Illum, nawguraw lil Speranza Chircop, il-Viċi Sindku tal-Kunsill Lokali tagħna li qed tiċċelebra għeluq sninha. Awguri!" kiteb il-Kunsill Lokali.
Żgur li f’dan il-jum tant speċjali għaliha, Speranza se tkun qed tirċievi diversi messaġġi ta’ awgurju mingħand il-familjari, il-ħbieb u dawk li jafuha. Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt ningħaqdu mal-Kunsill Lokali tal-Kalkara sabiex nawgurawlha l-isbaħ xewqat. Nawgurawlha sena oħra mimlija saħħa, ferħ u sodisfazzjon kemm fil-ħajja personali tagħha kif ukoll fil-ħidma tagħha fi ħdan il-komunità.
Awguri mill-qalb, Speranza!