Filmat li nxtered fuq il-midja soċjali fil-ħin riċenti juri dik li tidher li hi ġlieda bejn iktar minn żewġ persuni f'ħanut ġewwa Ħal Qormi.
Il-filmat jidher li ttieħed ftit sigħat ilu, hekk kif illum bosta qed jerħulha lejn ħwienet u stabbilimenti differenti sabiex jibbenefikaw mill-iskontijiet u l-prezzijiet ridotti li l-ġurnata ta' Black Friday tant hi magħrufa għalihom.
Mijiet li rreaġixxew għal dan il-filmat esprimew id-diżappunt tagħhom quddiem xeni bħal dawn.
Instagram / @polisenskydaniel