Il-Gozo Tourism Association qed tipproponi li f'Għawdex ikun hemm rata fissa ta' eko-kontribuzzjoni ta' €4 kull lejl għal kull persuna.
Matul dawn l-aħħar xhur, it-turisti u dawk kollha li marru jqattgħu ftit iljieli f'xi akkomodazzjoni ġew mitluba jħallsu eko-kontribuzzjoni ta' €1.50 kull lejl għal kull persuna.
Madankollu, ftit ġimgħat ilu, tħabbar li din ir-rata se tkun qed tiżdied għal €8 għal dawk li jagħżlu li jorqdu f'lukanda u €10 għal dawk li jagħżlu li jlejlu f'akkomodazzjoni oħra bħal Airbnbs.
Hu proprju f'dan l-isfond li din l-assoċjazzjoni qed titlob li sseħħ eċċezzjoni għall-gżira Għawdxija u l-eko-kontribuzzjoni mposta fuq il-viżitaturi li jagħżlu li jqattgħu xi lejl jew iżjed f'din il-gżira tkun dik ta' €4 kull lejl għal kull persuna b'mod fiss.
Intom x'taħsbu dwar din il-proposta?
Pexels