Elias, it-tifel li kien qed jiġi mfittex instab qawwi u sħiħ għal grazzja t'Alla. Il-Ministru Glenn Bedingfield ħabbar dwar dan fuq il-midja soċjali.
"Elias jinstab stabbli u qed jinżamm għall-osservazzjoni l-isptar. 233 uffiċċjal tal-Forzi tal-Ordni 55 vettura tas-salvataġġ Aktar minn 5 sigħat ta' tfittxija Elias instab għal ħabta ta' 23:45, mat-800 metru l-bogħod minn fejn l-aħħar kien qed jilgħab. Nistqarr li dawk il-5 sigħat li kont fuq il-post kienu fost l-aktar mumenti ta' ansjeta kemm ilni fil-politika"
Il-Ministru jkompli, "Grazzi lil Pulizija minn diversi taqsimiet, CPD, LESA; Uffiċjali tas-CSA; Dipartiment tal-Emerġenza; St. John Ambulance & Rescue, Malta Red Cross u K9Malta. Kien sforz kollettiv ta' dawn kollha u f'ebda ħin ma qtajna qalbna."
Facebook/ Glenn Bedingfield