Il-kantant lokali Victorio Gauci wassal messaġġ mill-isbaħ ta’ mħabba u gratitudni lil ommu fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha.
Permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali, Victorio awguralha l-isbaħ xewqat, fejn iddeskriviha bħala omm mill-isbaħ u qalilha li jistħoqqilha kull ferħ fid-dinja u ħafna aktar.
Huwa rringrazzjaha ta’ dak kollu li tagħmel miegħu, tal-appoġġ kontinwu tagħha u tal-imħabba, għall-familja kollha.
Victorio jikteb, "Il-kliem qatt mhu se jkun biżżejjed biex nesprimu kemm aħna #grati li għandna lilek. Jalla l-ħajja dejjem tagħtik il-ferħ li verament ħaqqek!"
Awguri mill-qalb lil omm Victorio!