Mill-paġna tagħha, Kate: Writing My Story ittella’ din l-aħbar daqsxejn ħażina fejn ir-riżultati tat-testijiet li saru rriżulta li l-vista marret għall-agħar. Dan ser jirrikjedi li terġa’ tagħmel nuċċali mill-ġdid biex tippreveni milli l-vista tkompli tiddegrada ruħha. Sfortunatament ma hemm xejn iktar x’jista jsir u Kate minkejja dan ma taqtax qalbha iżda tgħid kemm hu importanti li wieħed jitgħallem jadatta għaċ-ċirkustanzi li jsib ruħu fihom anka jekk ma humiex faċli.
“It-testijiet saru, u r-riżultati ħarġu - sfortunatament, il-vista tiegħi marret għall-agħar. Għandi bżonn nerġa’ nagħmel in-nuċċali biex nibża’ għal għajnejja u nipprova nippreveni milli l-viżta tkompli tiggrava.
Il-ħajja b’disfunzjoni tal-cones hija waħda imprevedibbli u diffiċli ħafna biex tieħu ħsiebha. Peress li m’hemm l-ebda kura magħrufa għal din il-kundizzjoni rari, kull ma’ nista’ nagħmel u li nieħu kollox pass pass u nipprova nadatta.
Mhux dejjem faċli, imma qed nitgħallem li r-reżiljenza tfisser tadatta, mhux li taqta’ qalbek.”
Prosit Kate tal-kuraġġ impekkabbli tiegħek li ma jieqaf qatt jinspirana.