Bħalissa l-Italja qed tiddiskuti l-possibbiltà li tiprojbixxi lbies li jgħatti l-wiċċ fosthom il-burqa u n-niqab f'postijiet pubbliċi.
Qed jiġi propost li persuni li jiksru din il-projbizzjoni jiġu suġġetti għal multa li tvarja bejn €300 u €3,000.
Il-gvern Taljan saħaq li l-għan ta' din il-projbizzjoni huwa proprju li tiġi miġġielda kwalunkwe "mibegħda instigata mir-reliġjon".
Lura fl-2010 Franza kienet l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li daħħlet fis-seħħ projbizzjoni ta' din ix-xorta fejn imbagħad ġiet segwita minn diversi pajjiżi oħrajn fosthom il-Belġju, l-Olanda, d-Danimarka kif ukoll l-Awstrija.
Taħsbu li f'Malta għandna ndaħlu din il-projbizzjoni?
Facebook / Malta Info Guide u Instagram / @afrinfeha