"Ġurnata Li Ma Ninsa Qatt. Kemm Stennejniek. Kemm Kelli Ġenn Biex Nerfak U Narak" – Ivan Gaffiero Lil Bintu Tiziana

Il-preżentatur Ivan Gaffiero kiteb messaġġ mill-qalb f’okkażjoni speċjali, hekk kif qed jiċċelebra għeluq snin bintu. Bħal-lum 30 sena, Ivan irċieva rigal mill-isbaħ, hekk kif sar missier. 

“16 ta Settembru 1995 – Ġurnata li ma ninsa qatt. Kemm stennejniek. Kemm kelli ġenn biex nerfak u narak. Kien 11.45… kont qisek Bambin b’xahrek aħmar. Kemm fraħt, kemm flejtek, kemm ġibt ferħ.”

Jesprimi kemm hu kburi biha u b’dak li twettaq. “Nemmen ħafna fik li sa tasal fejn il-ħolm kollu li tixtieq, issa sa tibda triq oħra, it-triq tat-30 sena, li minn qalbi rridek temmen iktar fik innifsek u tinsa l-passat.”

Jemmen li għandha futur sabiħ quddiemha, u jwegħedha li se jkun dejjem hemm għaliha. Awguri mill-qalb Tiziana!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI