Alan Deidun U Steve Zammit Lupi Ġew Ippremjati Għall-Kontribuzzjonijiet Tagħhom Lejn Il-Konservazzjoni Ambjentali

Fuq il-paġna uffiċjali tal-E.T. President Myriam Spiteri Debono, kitbu dwar il-premju li ngħataw żewġ persuni li tant jaħdmu għall-ġid tal-ambjent lokali – il-bijologu marittimu u ambaxxatur tal-oċean ta’ Malta l-Professur Alan Deidun, u l-attivist ambjentali Steve Zammit Lupi.

“Ġew ippremjati għall-kontribuzzjonijiet tagħhom lejn il-konservazzjoni ambjentali fiċ-ċerimonja prestiġġjuża tal-ERA Awards li saret fil-Palazz Verdala. Fid-diskors tagħha, il-President enfasizzat il-ħtieġa għall-ħarsien u l-preservazzjoni tal-ambjent urban u rurali. Saħqet li huwa imperattiv li ma jkunx hemm pressjoni fuq ir-riżorsi naturali, iżda jrid jintlaħaq bilanċ bejn il-bżonnijiet tal-popolazzjoni u l-ekonomija li qegħdin jikbru, u kunsiderazzjonijiet oħra fosthom is-saħħa fiżika u mentali tan-nies. Il-President kienet akkumpanjata minn żewġha, Dr Anthony Spiteri Debono.”

Prosit Prof. Alan u Steve!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI