Xi Kultant Nagħmlu Tajjeb Meta Ninqatgħu Ftit Mill-Midja Soċjali

Illum il-ġurnata kull fejn tħares tara nies b’rashom ’l isfel jiċċassaw lejn il-mowbajl. Ħafna drabi nispiċċaw qas nistgħu nikkomunikaw ma’ dawk in-nies li jkunu maġenbna għax ikun moħħhom xi mkien ieħor!

Ilbieraħ Taryn Mamo Cefai ddeċidiet li tħalli l-mowbajl u d-dinja virtwali u tieħu gost fit-tieġ li kellha f’Bali. Iddeċidiet li għal dik il-lejla ma ttella’ xejn fuq il-midja soċjali ħalli tgawdi dawk il-mumenti prezzjużi f’dik iċ-ċelebrazzjoni ta’ mħabba.

Però Taryn tgħid li xorta waħda ġibdet xi vidjows u ritratti ta’ dan il-jum tant speċjali. Wara kollox, dawn huma li jibqgħu memorja għal dejjem!

Il-memorji li nagħmlu u l-esperjenzi li ngħaddu minnhom għandhom ikunu ma’ persuni li vera nħobbu. Għalhekk mumenti mal-familjari u l-ħbieb għandna ngħożżuhom! B’hekk, kultant huwa tajjeb li nwarrbu ftit il-mowbajl u nieħdu gost fil-ħajja lil hinn mid-dinja virtwali.

Instagram / tarynmamocefai

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI