“B'dieqa Kbira F'qalbi, Dawn Huma L-Aħħar Ħinijiet Tiegħi Fil-Parroċċa Għażiża Taż-Żejtun”- Fr Dillon Bugeja

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Fr Dillon Bugeja kiteb kelmtejn iddedikati lin-nies taż-Żejtun fl-aħħar ħinijiet tiegħu fil-parroċċa taż-Żejtun. Huwa beda billi qal li, “b’dieqa kbira f’qalbi, dawn huma l-aħħar ħinijiet tiegħi fil-parroċċa għażiża taż-Żejtun. Il-mument hu iebes ħafna, imma nsib serħan fil-wiċċ u l-qalb li dejjem urejtuni. Kontu intom li sostnejtu l-vokazzjoni tegħi!”

Kompla billi qal, “intom ilkoll, l-Arċipriet, is-saċerdoti, is-sorijiet, il-Kunsill Lokali, il-voluntiera, iż-żgħażagħ, l-abbatini, l-Għaqda tal-armar 25 ta’ Novembru, il-Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira, l-Għaqda tan-nar 25 ta’ Novembru, il-Banda BELAND, l-Għaqda Banda Żejtun, id-Domus, iż-żoni, u l-poplu Żejtuni. Intom li lqajtuni ġo darkom, intom il-koppji kollha, intom il-familja li ħejjejtkom għall-magħmudija u intom l-anzjani u l-morda li qarbint. Intom l-għeżież mejtin, ser inġorrkom f’qalbi u ser tibqgħu f’qalbi.”

Temm jgħid, “intom Żwieten, intom parti minn ħajti. Nitlob maħfra sinċiera lil min inqast. Nitlobkom taħfruli. Jekk il-firda iebsa, hemm rabta li ser iżommna flimkien dejjem, u din hi l-patruna tagħna Santa Katarina. Nitlobkom titolbu għalija u intom dejjem f’qalbi u f’talbi.”





Facebook/Dillon Bugeja



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI