Sim Racer Malti Se Jagħmel Sfida Ta’ 24 Siegħa B’Risq Puttinu Cares

Justin Mifsud huwa sim racer Malti li ddeċieda li jagħmel sfida estrema mmens bl-għan li jiġbor id-donazzjonijiet għal Puttinu Cares.

Hu kiteb fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, “Ili xi erba’ snin li tajt kelmti lil Rennie u Angele li kont se nagħmel sfida estrema biex niġbor id-donazzjonijiet għal Puttinu Cares. Fl-aħħar iż-żmien wasal. Din is-sena, u ta’ wara, se nkun qed nieħu sehem f’ħames tlielaq ‘solo endurance’ ta’ 24 siegħa u vera eċċitat biex naqsam dan il-vjaġġ magħkom.”

Hu kompla, “L-għan ewlieni tiegħi hu li niġbor id-donazzjonijiet għal Puttinu Cares li jagħtu sapport lil ħafna familji u individwi li qed jaffaċċjaw sfidi mediċi serji ħafna. Id-dedikazzjoni tagħkom hi vera ta’ ispirazzjoni u nixtieq nonoraha b’dawn it-tlielaq. Imma dan l-avveniment mhux biss biex niġbor id-donazzjonijiet iżda huwa wkoll opportunita’ biex neduka lin-nies dwar sim racing u d-dinja tal-esports.”

L-ewwel avveniment se jibda s-Sibt 7 ta’ Settembru u jispiċċa fit-8 ta’ Settembru. Justin Mifsud ħa l-opportunita’ biex jirringrazzja bosta nies li bis-saħħa tagħhom jista’ jsir dan l-avveniment.

Prosit immens ta’ din l-inizzjattiva. Żgur li d-donazzjonijiet li se jinġabru se jagħmlu differenza kbira fil-ħajja ta’ ħafna nies!

Facebook/ Justin Mifsud

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI