"Illejla Wara Iktar Minn Tnax-il Sena Ma Nieħu Sehem Fi Drama…" – Celine Paris Lura Bl-Irwol Ta' Attriċi

Ftit ilu Celine Paris ħabbret xi ħaġa li ċertament tinsab ħerqana għaliha. Xi ħaġa li ilha ma tesperjenza, iżda m’għandniex xi ngħidu, tinqala – l-irwol ta’ attriċi. Lil Celine żgur mhux forsi tiftakruha waqt is-sensiela Deja Vu, fejn kellha parti emozzjonali immens, u anke xi mumenti umoristiċi.

“Illejla wara iktar minn tnax-il sena ma nieħu sehem fi drama kelli l-unur li jkolli sehem f’parti żgħira fi drama li se tkun qed tidher fuq ONE TV minn Jannar li ġej ma’ atturi bravissimi; Frida Cauchi u Henry Zammit Cordina,” tikteb Celine.

Fir-ritratti li xerrdet hi tidher ma’ Frida u Henry, kif ukoll mal-atturu u produttur, Brandon Terribile. Nafu li minn Jannar Brandon ser ikun qed jagħti bidu għas-sensiela li produċa bl-isem KWIR. Tgħid Celine ħa tkun parti minnha?

Nawgurawlek Celine!





Facebook/ Celine Paris



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI