Priscilla Tirbaħ Come Dine With Me Malta B’26 Punt U Tieħu €1,000 Fi Flus Kontanti

Ġimgħa oħra ta’ kompetizzjoni, ikel tajjeb u divertiment waslet fi tmiemha fuq il-programm popolari Come Dine With Me Malta, u din id-darba kienet Priscilla li ħarġet rebbieħa!

Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, il-programm ħabbar li Priscilla rnexxielha żżomm postha fil-quċċata sal-aħħar nett tal-ġimgħa, fejn kisbet total ta’ 26 punt mingħand il-kontestanti l-oħra.

Bis-saħħa tal-prestazzjoni tagħha, Priscilla mhux biss rebħet it-titlu tal-aqwa persuna li ospitat lill-kontestanti l-oħra din il-ġimgħa, iżda wkoll premju ta’ elf ewro fi flus kontanti mingħand Mattress Collection.

Is-segwaċi tal-programm ma damux ma bagħtu l-awguri tagħhom lil Priscilla, b’ħafna jitkellmu fuq il-karattri ta’ din il-ġimgħa, l-ikel u l-mod kif laqgħu lill-mistednin il-parteċipanti ta’ din il-ġimgħa matul il-kompetizzjoni.

Prosit Priscilla!







Ritratti:

Facebook / Come Dine With Me

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI