Fl-isfond ta’ għargħar mill-aktar severi, il-gvernatur tal-istat ta’ New York City, ġewwa l-Istati Uniti, Kathy Hochul, għażlet li tiddikjara stat ta’ emerġenza wara li huwa mifhmum li ntlaħaq ammont rekord ta’ xita.
Dan qiegħed iwassal sabiex uħud mill-ajruporti kif ukoll xi stazzjonijiet tal-ferrovija qiegħdin jiġu mxekkla milli joperaw. Saħansitra wħud mill-annimali li jinżammu fiż-żoos tal-lokal sabu rwieħhom mgħarrqin.
Fuq nota pożittiva, jidher li s’issa ma ġew ikkawżati l-ebda fatalitajiet u ħadd ma sofra l-ebda ġrieħi.