Danita u Andrew Camilleri qed jiċċelebraw 13-il sena flimkien, għalkemm tajjeb li ngħidu li ilhom miżżewġin għal ħames snin. Fl-unur tal-anniversarju tagħhom, Danita taqsam xi pariri mill-aqwa ta’ xi jfisser li tkun ma’ xi ħadd għal żmien twil.
Bil-mod uniku tagħha tikteb, “Tlettax-il sena ma’ bniedem wieħed! Mhux ċajta u mhux faċli u mhux kollox ward u żahar. Biex iżomm relazzjoni b’saħħitha trid ħafna paċenzja!! U trid idaħħal ġo moħħok li kulħadd jiġġieled, kulħadd ikollu żmien ikrah u kulħadd jgħaddi minn fażijiet diffiċli li tibda taħsibha biex titfgħu mil-gallarija għall-isfel!”
Hi tkompli tgħid, “Imma bl-imħabba li jkollok għal xulxin u bil-komunikazzjoni kollox jitranġa! U kollox jerġa’ jaqa’ f’postu! L-aqwa li tkun lesta li tirranġa l-iżball kemm tiegħek u kemm tiegħu għax kulħadd għandu l-ħażin tiegħu! Espert m’iniex u relazzjoni perfetta m’għandiex lanqas għax qisna kelb u qattus… però naħseb li miegħek ser nibqa’ ta’, bit-tajjeb u l-ħażin! Qisni drajtek!”
Tajba din Danita! Insomma aħna nawgurawlkom għall-aktar snin flimkien, snin mimlija kuntentizza maċ-ċkejken tagħkom Lenny.
Facebook / One Chick and a Yorkie