Liquorish jirritorna lura llejla fuq ONE b’aktar tensjoni u b’sitwazzjoni “kiefra”. Ser jaffaċċjaw eliminazzjoni u xi ħadd mit-8 parteċipanti li fadal ser jitkeċċa. Matul din l-avventura, s’issa rajna l-eliminazzjoni ta’ 2 parteċipanti. L-influencer Madeleine Baldacchino kienet l-ewwel waħda li sfat eliminata, issegwi minn Sharon.
Dylan biss huwa sigur f’din il-kompetizzjoni għax aktar kmieni ġie vvutat biex jagħmilha sal-aħħar tal-avventura. Il-Maniġer tal-produzzjoni u preżentatur, Joseph Cauchi qalilna, “Se jkun hemm elimazzjoni oħra b’mekkaniżmu differenti… Kiefra ħafna!”. Tgħid il-parteċipanti ser ikollhom jgħidu fl-apert lil min ser ikeċċu?
Apparti minn dan illum, kull parteċipant illum ser jirċievi sorpriża b’ħafna minnhom ser ikunu emozzjonati! Tinsewx Liquorish, illejla fit-8:30 ta’ filgħaxija fuq ONE.