Ira fuq l-istejjer ta’ instagram titkellem dwar qsim il-qalb u dak li kienet tgħaddi minnu meta kienet fl-għoxrinijiet. Hi tgħid li ma setgħetx tkampa u għalkemm kulħadd kien jgħidilha biex tħobb lilha nnifisha, ma kinitx tifhem eżatt x’qed jgħidu.
Kienet tidher ħaġa vera diffiċli qabel. Ira tgħid li għalkemm mhux faċli llum il-ġurnata, dak iż-żmien tħossok li int fiċ-ċentru tal-univers tiegħek u tkun diffiċli biex tieqaf u tara l-affarijiet kif inhuma.
View this post on Instagram
Aktar ma jgħaddi ż-żmien, tinduna li ż-żmien fuq din id-dinja hu misluf lilna allura li tħobb lilek innifsek jsir prijorità. Tibda tifhem eżatt xi jfisser li tħobb lilek innifsek u wkoll li tista’ tħobb lil ħaddieħor u tixtiqilhom il-ġid. Ira tgħid lil dawk kollha li għaddejin minn żmien hekk, hemm bżonn li jħobbu lilhom infushom.
Barra minn hekk, wieħed m’għandux bżonn ikun għaddej minn qsim ta’ qalb biex iħobb lilu nnifsu. Issemi dan kollu għax temmen li hu l-aktar żmien f’ħajjitna li rridu naħsbu fina. Ira tuża l-kwotazzjoni t’hawn taħt li tagħmel sens u titkellem weħidha.
“Hey you know what I’ve got myself,
I’ve got my own back.”
Ira tagħmilha ċara li m’hemmx raġuni wara dal-messaġġ ħlief li tixtieq li dak li jkun iħobb lilu nnifsu aktar għax hi jimpurtaha mis-segwaċi tagħha. Dak kollox. Qabel jibdew ix-xnigħat, Ira tefgħet ukoll ritratt tal-maħbub tagħha Sean u t-tifel tagħhom Harry, biex tassigura lil kulħadd li kollox sew.
Taf int, ikun hawn erbgħa ta’ qalb tajba malajr jinterpretaw dak li qalet u jmorru jħarfu xi storja minn tagħhom. Hawn ħafna li jafu jkunu ferm kreattivi f’mumenti bħal dawn.
Facebook / Ira Losco