Bil-Filmat: Taryn Tirċievi Sopriża Mingħand Jamie – Nittamaw Li L-Għarus Tagħha Mhux Għajjur!

Ilbieraħ, Jamie kien qed jippreżenta l-aħħar programm flimkien ma’ Taryn u biex jagħlaq fuq nota pożittiva mal-kollega tar-radju u kollega wkoll fuq id-drama Illaħwa, Jamie ddeċieda li jikteb naqra ta’ makjetta.





Donnu dan Jamie għalkollox jinqala’. Irnexxielu jżewwaq erba’ kelmiet bil-mod tiegħu u Taryn żgur li ma kinitx qed tistenna xi ħaġa bħal din mingħand il-kollega tagħha waqt il-programm.

Jamie ħa post Pierre Cordina, li dawn l-aħħar ġimagħtejn kien taħt kwarantina mandatorja u jidher li hu u Taryn niżlu tajjeb mat-telespettaturi. Il-karratru ċajtier ta’ Jamie, diffiċli biex ma jintlaqax mis-semmiegħa.

Inħallukom isegwu l-filmat tas-sorpriża li għamel Jamie lil Taryn.



Facebook / Taryn Mamo Cefai

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI