Waqt l-omelija, Emily ġiet imxebbħa ma blanzun li għadu qed jiftaħ. Iċ-ċelebrant jgħid li tiġi naturali li nsaqsu lil Alla, “Għaliex ħadtha daqshekk kmieni?”
Hu jagħmel aċċenn għal kemm għamlet interventi imma dan hu l-misteru tal-ħajja. Hu jikkwota kliem Kristu, “Jien id-dielja u intom il-friegħi,” u jekk inħarsu lejn dan il-misteru tal-ħajja, anke f’din l-okkażjoni, Emily turina lezzjoni. Fil-ħajja ħadd ma jista’ jgħid, li l-ħajja hija tiegħi, jew dak li għandi huwa tiegħi.
Hu jżid li għandna nitolbu lil Emily, anġlu fis-sema biex titlob għalina u nitgħallmu u napprezzaw il-valur tal-ħajja: mhux għalina biss imma għal dawk ta’ madwarna. “Emily insellmulek, bit tbissima tieghek fis-sema se tagħtina iżjed kuraġġ ngħixu…”
Preżenti għal din iċ-ċelebrazzjoni kien hemm il-Ministru Byron Camilleri, il-Pulizija tad-Distrett u wkoll is-Sinjura Miriam Vella, mart il-President George Vella. Strieħ fis-sliem Emily, ninsabu ċerti li tinsab ħdejn il-Mulej u qed titbissem fuq għal din iċ-ċelebrazzjoni mill-isbaħ li kellek.